Sotto-Kumitat Santu Rokku
Is-Sotto-Kumitat twaqqaf fis-sena 1996 bl-għan li jieħu ħsieb parti residenzjali fit-tarf tal-limiti tal-Kalkara, lejn in-naħat tal-Kunvent tal-Kapuċċini. Dawn il-membri ħadmu bis-sħiħ sabiex jibdew jarmaw it-toroq b'armar ġdid u jġibu l-banda ddoqq biex tferraħ lir-residenti.
Nisa
Sa mit-twaqqif tas-Soċjeta in-nisa Ġużeppini Kalkariżi ħadmu minn qalbhom sabiex jagħtu palata lis-Soċjeta fgħajnuna finanzjarja permezz ta organizzazzjoni ta attivitajiet u ġbir ta fondi għall-każin.