Il-Grupp tal-Banda hu nkarigat mill-Kumitat Ċentrali biex jieħu ħsieb it-tagħlim tal-banda u l-organizzazzjoni tal-Banda San Ġużepp fis-servizzi li jkollha. Għaldaqstant tul is-sena ssir preparazzjoni kbira biex nassiguraw prestazzjoni tajba u livelli mużikali għoljin tul l-esekuzzjonijiet tal-marċi.
Il-Grupp dejjem iaħdem bis-sħiħ biex ta’ kull sena allievi tas-Soċjeta’ joħorġu jdoqqu mal-banda tagħna għall-ewwel darba. Dan jagħmel unur lis-Soċjeta’ tagħna fejn sena wara sena qed nilħqu l-għanjiet prinċipali tagħna u nkomplu bil-fatti it-tkattir ta’ l-arti mużikali fil-Kalkara. Ta’ dan nirringrazzjaw lis-Surmast, lill-allievi u lill-bandisti tagħna u nfaħħruhom bil-kbir għall-progress li jagħmlu u d-dedikazzjoni li juru.
Is-Surmast Mro. Jonathan Abela A. MUS. L.C.M.
Jonathan beda jistudja l-mużika fl-eta ta’ sbatax il-sena taħt Mro. Ray Siberras FLCM. Wara ħdax il-xahar ħareġ idoqq is-slide trombone mal-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar. Fl-istess żmien beda jistudja it-tejorija mużikali taħt l-istess surmast. Wara sitt snin studju fit-tejorija mużikali fejn għadda mill-grades kollha, fl-1997 għadda ukoll mid-diploma A.Mus.LCM. Baqa jistudja is-slide Trombone taħt surmastrijiet oħrajn fosthom Dominic Darmanin, Michael Ċiantar u Paul Borġ.
Esperjenzi bl-istrument: Bis-Slide Trombone, Jonathan daqq ma diversi orkestri, baned u gruppi oħrajn. Fosthom daqq ma l-orkestra nazzjonali li kienet taħt id-direzzjoni ta’ diversi surmastrijiet barranin. Daqq ukoll ma l-orkestra ta’ Dun Gwann Galea, l-orkestra ta’ l-Amadeus Choir tat-tenur Brian Ċefai, u l-orkestra ta’ Dion Buhaġiar fost oħrajn. Filwaqt li l-programmi mużikali ma diversi baned Maltin ma naqsux, Jonathan daqq ukoll ma diversi bands u f’diversi kunċerti oħra fosthom: Tejatru Unplugged mal-band ta’ Renzo Spiteri kif ukoll mal-bands Fakawi u Brikkuni. Kien ukoll membru fiss fil-band Etnika li għamlet suċċess kemm f’Malta u kienet mistiedna kemm il-darba biex iddoqq barra minn xtutna. Ħa sehem ukoll f’diversi Musicals u Pantomimi fosthom Chicago u Peter Panto. Daqq ukoll ma diversi Big Bands fosthom il-Yohan Strauss Big Band taħt it-tmexxija ta’ Paul Abela li kienet ħadet sehem ukoll fil-Malta Jazz Festival, mal-Val Valente Big Band, kif ukoll mal-Freddie Mizzi Big Band. L-aħħar kunċert li ħa sehem fih kien dak tal-kor Voices li sar f’Ottubru 2010 fejn kien jifforma parti mill-Brass section. Jonathan idoqq ukoll il-Bass Guitar.
Xogħol ta’ Surmast/Assistant Surmast: Jonathan inħatar Assistent surmast għall–ewwel darba mal-banda San Ġużepp tal-Kalkara. Aktar tard huwa inħatar ukoll assistent surmast mal-Banda San Bartilmew Għargħur, Banda San Girgor Sliema u aktar tard mal-Banda Beland Żejtun. Kien ukoll għalliem mal-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar. Fl-2004 inħatar Surmast Direttur tal-Banda San Ġużepp. Kariga li għadu jokkupa sal-lum. Tul dawn is-snin, Jonathan idderieġa diversi programmi Mużikali mal-Baned li fihom kien jokkupa kariga.
Kompożizzjonijiet: Jonathan ikkompona diversi Marċi Brijjużi u funebri, Valtzi, Innijiet u arranġamenti oħra għall-banda. Fl-2009 ikkompona ukoll Tone Poem għall-banda li kienet ibbażata fuq il-ħolma ta’ San Ġużepp. Din indaqqet għall-ewwel darba mill-Banda San Ġużepp fil-programm annwali li jfakkar Jum il-Kalkara.
Bandisti tal-Post
Flawt: Bernice Magro
Klarinetti: Anthea Micallef, Antonella Camilleri, Amy Grech
Kurunetti: Graziella Cohen, Josef Magro, Emerson Żammit
Althorn: Benjamin Vassallo
Trumbun: Carlos Żammit, Daniel Żammit
Batteria: Brian Grech, Manuel Navarro, Gilmour Manġion, Luke Abela