Il-Grupp tan-Nar hu inkarigat mill-Kumitat Centrali sabiex jiehu hsieb jigbor il-fondi necessarji ghax-xiri tan-nar tal-festa, kif ukoll jaghzel l-isbah prodotti li joffru l-kmamar tan-nar Maltin ghall-hruq tul il-gimgha tal-festa.
Ghalkemm is-Socjeta’ m’ghandhiex il-post tan-nar taghha, id-dilettanti huma nies ta’ esperjenza u kolti f’din l-arti tradizzjonali Maltija. Difatti dan jikkonfermawh il-mijiet ta’ nies li ta’ kull sena jigu jzuruna fil-festa, b’mod specjali biex jaraw il-hruq tal-kaxxa infernali grandjuza u spettakolari nhar lejlet il-festa wara t-tlugh ta’ l-istatwa ta’ Malta Rebbieha fuq il-kolonna taghha.
J’Alla dan il-grupp ikompli jferrah lill-poplu u jaghti qima lil San Guzepp permezz tal-piroteknika.