L-istorja tal-Banda San Guzepp
1987

Ghalkemm il-banda giet inawgurata ufficjalment fl-4 ta’ Lulju 1987, l-istess banda kellha servizz importanti gewwa l-Kalkara, nhar il-25 t’ April 1987. Din l-okkazjoni kienet biex jigi ccelebrat ir-rebh tal-kampjonat mill- "Kalkara United Football Club". Dan it-tim kien gie promoss ghat-tieni Divizjoni. Kien avveniment ferm importanti ghas-Socjeta’ minhabba li kompla mbotta ‘l quddiem lid-dirigenti taghha sabiex il-Banda San Guzepp kompliet tissahhah u wara ftit giet inawgurata ufficjalment bhala l-EWWEL BANDA fil-Kalkara.

Nhar is-Sibt, l-4 ta’ Lulju 1987 jibqa’ jitqies bhala data ghaziza ghall-poplu Kalkariz. Dakinhar sar il-ftuh ufficjali tal-Kazin tas-Socjeta’ li kien f’ numru 7 fi triq il-Kapuccini. Hemmhekk saret l-inawgurazzjoni tal-banda kif ukoll l-ghoti ta’ l-istandard bl-arma tas-Socjeta’, moghti mid-Deputat Parlamentari l-Onor. Joe Mizzi. Tajjeb jinghad hawnhekk li f’ dan iz-zmien gew appuntati l-ewwel Surmastrijiet tas-Socjeta’, jigifieri Mro. John. J. Pace bhala Surmast Direttur u Mro. Emanuel Spagnol bhala l-Assistent tieghu.

Nhar il-Hadd, 12 ta’ Lulju 1987, f’ jum il-festa tal-patrun, il-Banda San Guzepp ghamlet l-ewwel marc grandjuz ta’ filghodu. Mad-daqq tal-marci brijuzi hadu sehem il-partitarji Guzeppini li akkumpanjaw il-banda mad-diversi toroq li ghaddiet minnhom. Dan il-marc ghadu mfittex mill-Kalkarizi sallum fejn ghall-habta ta’ l-10 ta’ filghodu jibdew jingabru numru kbir ta’ ammiraturi tal-Banda San Guzepp quddiem il-Kazin tas-Socjeta’.

Fid-19 ta’ Settembru 1987, ghat-tifkira tat-13-il anniversarju mill-Indipendenza l-Ghaqda Muzikali San Guzepp hadet sehem fl-attivitajiet organizzati mill-Kumitat Festi Nazzjonali.

Tliet xhur wara, fil-21 ta’ Dicembru, il-Banda San Guzepp daqqet innijiet tradizzjonali tal-Milied f’ diversi toroq fil-Kalkara.

1988

Din is-sena tfakkarna fl-ewwel frott muzikali li tat l-Ghaqda Muzikali San Guzepp lill-poplu Kalkariz: 4 bandisti godda. Dawn kienu: Terry Zammit fuq il-Kurunetta; Agnes Cassar u Stephania Zammit fuq il-Klarinett flimkien ma’ Jeffrey Farrugia fuq il-Kwartin.

Iktar kmieni kien sar l-ewwel recording ta’ sett marci brijuzi maghzula apposta. Ghaldaqstant il-Banda San Guzepp zammet l-appuntament taghha din id-darba fil-"Pandora Audio System" ta’ l-Ghaqda Banda Zejtun. F’ din is-sena l-Banda daqqet ukoll fil-gimgha tal-festa titulari, li lahqet il-qofol taghha nhar il-Hadd 11 ta’ Lulju, 1988.

1989

Il-gurnata tal-Hamis, 4 ta’ Mejju, 1989 ser tibqa’ mfakkra fl-istorja ta’ l-Ghaqda Muzikali taghna b’ ittri tad-deheb, ghax bhalma fil-25 t’ April 1987 il-banda daqqet ghall-ewwel darba fil-Kalkara, f’ din is-sena l-banda giet mistiedna mill-Ghaqda Muzikali Marija Annunzjata sabiex iddoqq gewwa Hal Tarxien ghall-festi tal-Lunzjata li jsiru f’ dan ir-rahal.

F’ din is-sena partikolari nghaqdu seba’ bandisti ohra mal-Banda, u dan meta kien hemm diga ghoxrin bandist u hamsa u ghoxrin alliev, kollha mertu tas-Surmast Direttur, l-Assistent tieghu, u d-delegat tal-Banda, il-mibki fundatur Guzi Cassar. Niftakru wkoll li l-banda taghna kellha l-programm taghha ghall-festa titulari li saret bejn l-4 u l-10 ta’ Lulju 1989.

Wara s-success kbir li l-Banda San Guzepp kellha f’ Hal Tarxien, u dan stqarruh l-organizzaturi Tarxienizi stess, l-Ghaqda Muzikali San Guzepp giet mistiedna mill-poplu ta’ Hal Ghaxaq ghal marc fl-okkazjoni tal-festa ta’ Tlugh is-Sema ta’ Marija Santissima. Dan sar fit-12 t’Awwissu, u gie nnutat success kbir iehor. Fil-jiem tal-Milied il-Banda daqqet is-solitu innijiet tradizzjonali tal-Milied mat-toroq tal-Kalkara.

1990

Nistghu nghidu bla tlaqliq li din is-sena kienet ohra impenjattiva ghall-ahhar ghall-Banda San Guzepp. Fit-23 ta’ Frar sar marc brijuz mat-toroq tal-Kalkara bhala parti mill-attivitajiet tal-Karnival. Kwazi tliet xhur wara, sewwasew fis-16 ta’ Mejju ta’ l-istess sena l-Banda regghet giet mistiedna mill-Ghaqda Muzikali Marija Annunzjata ghall-festa taghhom f’ Hal Tarxien. Xahar biss wara, jigifieri fit-13 ta’ Gunju 1990 konna daqqejna ghall-festa ta’ Santa Katerina fiz-Zejtun bhala mistiedna ta’ l-Ghaqda Banda Zejtun. Anke hawn, il-Banda taghna harget bl-unuri ghad-daqq ta’ marci brijuzi.

Fil-bidu tax-xahar ta’ Lulju sar it-tieni recording fuq il-cassette. Il-banda taghna hadet sehem ghall-ewwel darba b’ daqq ta’ marci u bid-daqq ta’ l-Innu Popolari lil San Guzepp tas-Surmast Lorenzo Galea fuq iz-zuntier tal-knisja waqt il-hrug tal-vara min-nicca. Wara, l-Banda San Guzepp ghall-ewwel darba wkoll fil-Kalkara esegwiet marc fl-inhawi ta’ Santu Rokku u San Leonardu, fil-parti ta’ fuq tal-Kalkara, fejn hemmhekk bosta partitarji u ammiraturi tal-banda taghna mxew mal-passi tal-briju. Bhas-snin l-imghoddija, l-Banda kellha l-impenji taghha fil-gimgha ta’ celebrazzjonijiet tal-festa titulari li lahqet il-qofol taghha nhar l-14 ta’ Lulju.

Fl-ewwel t’ Awissu, 1990, l-Ghaqda Muzikali San Guzepp giet mistiedna mill-poplu Vittoriosan ghall-festi f’ gheluq id-disa’ mitt sena tat-twaqqif tal-parrocca f’ din il-Belt Matrici. Ghaxart’ ijiem wara, fit-12 t’ Awwissu l-Banda San Guzepp daqqet diversi marci brijuzi ghall-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija f’ Hal Ghaxaq. Fit-23 ta’ Dicembru ta’ l-istess sena ndaqqu l-Carols tal-Milied fit-toroq. Kien ukoll ta’ sodisfazzjon ghas-socjeta’ taghna li ghall-ewwel darba fil-Kalkara giet organizzata "Parents Day" ghall-genituri ta’ l-allievi fejn f’ din il-laqgha, il-genituri ta’ l-allievi nghataw taghrif dwar il-progress ta’ uliedhom mis-Surmast Direttur u l-Assistent tieghu.

1991

Il-Banda San Guzepp bdiet bl-attivitajiet muzikali taghha bil-marc brijuz tal-Karnival fit-toroq tal-Kalkara nhar it-8 ta’ Frar. Intant, fl-ewwel ta’ Mejju, Jum il-Haddiem daqqejna f’ marc mat-toroq ta’ Hal Tarxien fl-okkazjoni tal-festa ta’ Marija Annunzjata.

Fl-24 ta’ Mejju il-Banda San Guzepp ghamlet l-ewwel prova generali taghha fil-Kazin il-gdid taghha f’ Misrah Arcisqof Gonzi. Xahar wara, fit-12 ta’ Gunju 1991 il-Banda marret iddoqq marci brijuzi gewwa z-Zejtun ghall-festa ta’ Santa Katerina. Il-banda bhal dejjem daqqet ukoll ghall-okkazjoni tal-festa ta’ San Guzepp gewwa l-Kalkara. F’ dan iz-zmien wiehed seta’ jitpaxxa bil-faccata meraviljuza tal-kazin armata mill-isbah b’ madwar 800 lampa ghall-okkazjoni tal-festa titulari, f’ liema festa l-Banda kienet involuta bis-shih fir-rigward ta’ daqq ta’ marci brijuzi. Dis-sena rat ukoll l-introduzzjoni ta’ 10 allievi godda mal-banda taghna.

Ghat-tielet sena konsekuttiva, il-Banda San Guzepp ghamlet marc f’ Hal Ghaxaq nhar it-12 t’ Awwissu fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Fit-23 ta’ Dicembru ta’ l-istess sena, il-banda taghna daqqet l-innijiet tradizzjonali tal-Milied, b’ tifkira meta f’ dan iz-zmien hadna t-tielet premju fil-kompetizzjoni ta’ l-isbah armar fil-faccati tal-Kazini, fejn il-faccata taghna nxteghlet b’ mill-inqas 1,430 lampa kkulurita.

1992

Bhas-snin ta’ qabel, il-Banda San Guzepp tat il-kontribut shih taghha fil-festa titulari ta’ Missierna San Guzepp, kif ukoll fil-festi titulari f’ Hal Tarxien, fiz-Zejtun, f’ Hal Ghaxaq u l-Kalkara fil-Milied. Inzammet ukoll il-"Parents’ Day" ghall-allievi u l-bandisti.

1993

Nhar id-19 ta’ Marzu, jum ghaziz u imprezzabli ghalina l-Guzeppini, meta niccelebraw il-festa liturgika tal-patrun, il-Banda San Guzepp akkumpanjat il-migja fostna tal-vara artistika tal-Holma ta’ San Guzepp, kapolavur ta’ l-artist il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi.

Din is-sena, l-Banda San Guzepp, minbarra li zammet is-servizzi taghha barra l-post, ziedet ukoll iehor f’ tas-Sliema fl-ahhar jiem t’ Awwissu fl-okkazjoni tal-festa ta’ Stella Maris, kif ukoll is-solitu servizz tal-Milied.

1994

Is-sena 1994 tibqa’ titfakkar bhala wahda ta’ success, b’ fokalizzazzjoni fuq it-tmexxija tal-banda u l-preparazzjoni ghall-festa titulari. L-attenzjoni mid-dirigenti tas-Socjeta’ fuq it-taghlim ta’ l-istrumenti zdiedet bil-kbir. Dahal kuncett iehor gdid, dak ta’ taghlim teoretiku fil-muzika, u ghall-ewwel darba din is-sena numru sabih t’ allievi resqu ghall-ezami ta’ "Grade 1" tar-"Royal School of Music" Apparti dan, il-banda zdiedet b’ zewg bandisti godda.

Il-banda zammet is-servizzi li kellha s’ issa u maghhom ziedet zewg servizzi ohra, wiehed fil-Belt Kapitali ta’ Malta, il-Belt Valletta, fl-okkazjoni tal-festa ta’ San Pawl, u l-iehor biex takkumpanja ghall-ewwel darba l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt li zzanznet f’ dan iz-zmien. Attivita’ ohra li hadem ghaliha l-Kumitat flimkien mas-Surmast Direttur kienet li ntellghu lill-banda taz-zghazagh iddoqq gewwa Ghawdex, din sehhet fit-tmintax ta’ Settembru, filwaqt li fit-23 ta’ Dicembru giet imsejha "Parents’ Day" fejn fiha tqassmu certifikati u trophies lill-ahjar allievi u bandisti tas-sena.

Tajjeb li nfakkru zewg avvenimenti li sehhew din is-sena. L-ewwelnett il-hatra tas-Surmast Jonathan Abela bhala Assistent Surmast tal-banda taghna, u t-tieni, xejn inqas importanti, l-akkwist ta’ kopja ta’ l-Innu Marc lill-Patrijarka San Guzepp ikkummisjonat mill-Parrocca. Mro. Archibald Mizzi immuzika dan l-innu majestuz fuq versi ta’ Dun Pawl Genovese.

1995

F’ Jannar ta’ din is-sena, fergha fi hdan il-Banda San Guzepp, jigifieri l-Banda Zghazagh Kuncertisti, hadet sehem fi programm fil-festival tal-baned. Nhar it-Tlieta, 4 ta’ Lulju, 1995, fl-okkazjoni tat-tmien snin mit-twaqqif tas-Socjeta’, il-Banda San Guzepp esegwiet programm muzikali ta’ muzika klassika u kontemporanja, fejn indaqq "l-Innu Popolari" ta’ Mro. L. Galea, is-Song "One Moment in Time" ta’ Whitney Houston u J. Higgines, is-Suite "Scenes Pittoresque" ta’ J. Massenet, potpourri "Billy’s Rock Party" ta’ Au. J. Van Kraeydaneh, is-sinfonija "Senza Frontieri" ta’ Mro. J.J. Pace kiF ukoll l-"Innu Marc lill-Banda San Guzepp" ta’ l-istess Surmast Direttur.

Dis-sena n-numru ta’ allievi baqa’ jizdied u hargu jdoqqu zewg bandisti godda. Resqu wkoll numru sabih ta’ allievi ghall-ezamijiet ta’ "Grade 1" u "Grade 2" tar-"Royal School of Music"

Jekk dawn huma noti ta’ sodisfazzjon ghall-banda taghna, zgur li kienet ahbar ta’ swied il-qalb meta bhal sajjetta fil-bnazzi, l-ambjent ta’ hidma kontinwa ghall-preparazzjonijiet tal-festa titulari nbidel f’ wiehed ta’ niket u luttu kbir. Kien ezatt nhar il-Hadd 2 ta’ Lulju, l-ghada tal-marc fi triq Santu Rokku, meta fil-kazin tas-Socjeta’ raqad ir-raqda tas-sliem il-fundatur ta’ l-Ghaqda Muzikali San Guzepp, is-Sur Guzi Cassar. Kienet ix-xewqa ta’ Guzi li titwaqqaf banda fil-Kalkara. Huwa, bl-ghajnuna tal-Kumitat u tas-Surmast Mro. J.J. Pace irnexxielu jiffurmaha. Guzi hadem, stinka u ghallem bosta allievi u kien il-mohh wara hafna xoghol, fosthom l-Innu Marc "Lil Malta Rebbieha" u sett ta’ marci funebri. B’ turija tar-rispett li kien igawdi minnha, il-Banda San Guzepp daqqet fil-funeral tieghu l-istess sett ta’ marci funebri li ghalihom tant kien stinka sabiex isibu posthom fl-arkivju tal-kazin.

1996

Din is-sena tibqa’ tissemma’ b’ ghozza mill-partitarji Guzeppini u l-ammiraturi tal-Banda San Guzepp. Apparti mis-solitu servizzi fir-rahal u fil-Belt Valletta, fiz-Zejtun, f’ Hal Ghaxaq u f’ tas-Sliema, l-istess banda kienet il-mistiedna tal-poplu Senglean ghall-ftuh tal-festi centinarji li saru fl-Isla ad unur Marija Bambina.

Ma ninsewx il-programm varjat li ttella’ nhar it-Tlieta 9 ta’ Lulju, 1996 waqt lejla Maltija f’ Misrah Arcisqof Gonzi, fejn bit-tmexxija ta’ l-Asst. Surmast Jonathan Abela sar programm ta’ muzika varjata li kien jinkludi l-"Innu lil San Guzepp" ta’ Mro. L. Galea, "Fiorella" ta’ S. Dany (marcia sinfonica), "Rio Rita" ta’ Harry Tiemey (selection), "Raindrops keep fallin’ on my head" ta’ Burt Bacharach, "Memories from Cats" (arr. C.Chircop), "Beguine for Brass" (arr. J. Howe), kif ukoll l-"Innu Marc lill-Banda San Guzepp" ta’ Mro. J.J. Pace.

Kienet il-Banda San Guzepp li nizzlet isimha bhala l-EWWEL banda Kalkariza li harget ‘il barra minn xtutna Dan sehh meta bejn it-3 u l-10 ta’ Novembru saru diversi programmi u marci f’ Tunez, il-Belt Kapitali tat-Tunezija. Iktar taghrif issibuh f’ rokna ohra ta’ din il-"website".

1997

Is-sena 1997 tfakkret bhala l-ghaxar snin anniversarju mit-twaqqif ta’ l-Ghaqda Muzikali San Guzepp. Ghaldaqstant, l-impenji tal-banda taghna bdew bir-"recording" tal-hames volum ta’ marci brijuzi li nhargu fuq "cassettes" flimkien ma’ librett gdid ta’ marci.

Ezattament nhar il-Gimgha, 4 ta’ Lulju ta’ din is-sena, fit-tifkira ta’ l-anniversarju, il-Banda San Guzepp esegwiet Programm Vokali u Strumentali nhar il-Gimgha 4 ta’ Lulju, 1987, fit-8:30 ta’ filghaxija. Ipprezenta s-Sur John Muscat. Is-siltiet inkludew l-"Innu Popolari lil San Guzepp" ta’ Mro. Lorenzo Galea; l-Innu Marc "Lill-Patrijarka San Guzepp" ta’ Mro. A. Mizzi; is-sinfonija "Se Lo Fossi Re" ta’ V. Adams; beguine "Beguine for Brass" ta’ J.Howe, (fejn idderiega l-Asst. Surmast J. Abela); is-selezzjoni "Phantom of the Opera" ta’ A.L. Webber (fejn hadet sehem il-Mezzo Sopran Marie Therese Vassallo); il-musical "Memories" minn "Cats" ta’ A.L. Webber (bl-intervent tas-Sopran Karen Camilleri); l-aria "Vicia" minn "La Vedova Allegra" ta’ F. Lehar; is-song "One Moment in Time" ta’ F. Mercury (ukoll bis-sehem tas-Sopran Karen Camilleri); is-selezzjoni "Memories from Cole Porter", arr. ta’ J.Treeves ( bis-sehem tal-M. Sopran Marie Therese Vassallo); is-song klassika "Torna a Sorrento" ta’ E. De Curtis (bis-sehem tas-Sopran Karen Camilleri); id-dwett "Barcorole" minn "Tales of Hoffman" ta’ J. Offenbach (bl-intervent tas-Sopran Karen Camilleri u l-Mezzo Sopran M. Therese Vassallo) u l-"Innu lill-Banda San Guzepp" ta’ Mro. J.J.Pace segwit mill-"Innu Nazzjonali" li gab fi tmiemu dan il-kuncert kolossali. B’ dan il-kuncert, immexxi mis-Surmast Direttur tant abbli taghha, il-Banda San Guzepp kompliet tkabbar il-prestazzjoni diga’ gholja li s’ issa thaddan. Dawn ic-celebrazzjonijiet gew fi tmiemhom nhar it-13 ta’ Lulju 1997, il-jum tal-Hadd tal-festa titulari, fejn il-Banda San Guzepp daqqet nhar is-Sibt 5 ta’ Lulju fl-inhawi ta’ Santu Rokku, it-Tlieta 8 ta’ Lulju waqt Lejla Maltija f’ Misrah Arc. Gonzi, nhar is-Sibt 12 ta’ Lulju bil-marc brijuz u grandjuz bl-istatwa ta’ Malta Rebbieha, u f’ jum il-festa bil-marc ta’ filghodu.

1998

Is-sena 1998 hija s-sena centinarja mit-twaqqif tal-Parrocca tal-Kalkara bhala wahda awtonoma mill-Matrici tal-Belt Vittoriosa. Kulhadd baqa’ jiftakar x’ festi u celebrazzjonijiet saru dik is-sena. Il-Banda San Guzepp, barra s-servizzi normali taghha daqqet f’ marc nhar id-19 ta’ Marzu fl-okkazjoni tal-festa liturgika ta’ San Guzepp kif ukoll fl-ewwel Erbgha ta’ San Guzepp, u anke fil-hrug min-nicca fil-gurnata tat-Tnejn tal-festa titulari nhar it-Tnejn 13 ta’ Lulju. Din is-sena l-marc li kien isir fl-inhawi ta’ Santu Rokku nhar is-Sibt ta’ qabel il-gimgha tal-festa, issa gie trasferit ghal nhar it-Tlieta tal-gimgha tal-festa.

Bhala servizzi barra r-rahal din id-darba l-Banda San Guzepp kellha zewg servizzi, dak fiz-Zejtun nhar il-festa ta’ Santa Katerina b’ marc u programm kif ukoll b’ marc f’ Hal Ghaxaq ghall-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Fl-ahharnett, izda mhux l-inqas, tliet bandisti hargu jdoqqu mal-banda taghna, sforz il-hidma u d-dedikazzjoni tas-Surmast Direttur u l-Assistent tieghu. Dawn huma Graziella Cohen fuq il-kurunetta, Jonathan Cini fuq is-saksafon alto, u Wilhemina Vassallo fuq il-klarinett.

Fis-sena 1999 tfakkret it-tifkira tal-50 sena minn mindu il-vara titulari tant artistika, dominanti u majestuza ta’ Missierna San Guzepp ingiebet fostna. Il-Banda San Guzepp wettqet l-impenji kollha mitluba minnha din is-sena, b’ mod specjali fil-festa titulari, filwaqt li ziedet zewg servizzi ohra fil-Birgu: ghall-festa ta’ San Lawrenz, bhala mistiedna ta’ l-Ghaqda Socjali u Muzikali 10 t’ Awwissu kif ukoll ghall-okkazjoni ta’ l-ewwel tas-sena lejn l-ahhar tas-sena. Zewg bandisti tressqu ghall-ezami ta’ "Grade 2" tal-"London College of Music" u gabu rizultat tajjeb. B’ hekk huma komplew l-istudji taghhom din id-darba fi "Grade 3". Tajjeb nghidu wkoll li din is-sena sar ukoll librett gdid tal-marci ghas-snin 1999 u 2000.

2000

Is-sena elfejn, il-marka ta’ era gdida, kienet sena ohra ta’ hafna impenji ghall-Banda San Guzepp. L-ewwel marc li sar kien fil-Belt Vittoriosa, li beda minn quddiem il-kazin taghna u baqa’ sejjer sa Xatt ir-Rizq fil-Birgu. F’ Marzu il-banda taghna hadet sehem f’ komunjoni mal-baned Guzeppini Maltin fis-Santwarju Guzeppin tar-Rabat, fl-okkazjoni tas-Simposju Internazzjonali dwar San Guzepp, fejn fost innijiet ohrajn indaqq l-innu popolari "Lil San Guzepp" tas-Surmast Lorenzo Galea. Okkazjoni ohra simili ttellghet fil-Knisja Parrokkjali ta’ Loretu f’ Ghajnsielem Ghawdex fejn il-Banda San Guzepp ukoll ippartecipat u harget bl-unuri. Intant bdew il-preparazzjonijiet ghall-festa titulari u ghaldaqstant thejjew il-preparamenti ghar-recording ta’ sett marci brijuzi, ghall-ewwel darba fuq diski kompatti li sar nhar is-Sibt 27 ta’ Mejju. Fl-istess xahar saret il-Parents’ Day ghall-allievi u l-bandisti fejn hargu jdoqqu zewg bandisti godda: Norbert Grech fuq l-althorn u Mark Mulvaney fuq il-batterija. F’ Gunju sar is-solitu marc u programm fil-festa ta’ Santa Katerina fiz-Zejtun kif ukoll xi servizzi ohrajn.

Ma setax jonqos li l-Banda San Guzepp taghti l-kontribut shih taghha fil-jiem sbieh tal-festa, il-banda li fethet l-ewwel festa ta’ dan il-millenju permezz tal-marc popolari tal-hrug min-nicca fl-ewwel jum tal-festa.

2001

Il-Banda Guzeppina Kalkariza ghamlet l-ewwel debutt taghha ghal din is-sena nhar id-19 ta’ Marzu, festa liturgika, fir-Rabat permezz ta’ marc sabiex takkumpanja l-istatwa titulari ta’ San Guzepp. Dan sar fuq stedina tal-Kazin u Banda L’ Isle Adam. Il-banda taghna ghamlet servizzi ohrajn fiz-Zejtun ghall-festa ta’ Santa Katerina (bhala mistiedna ta’ l-Ghaqda Banda Zejtun), ghall-festa ta’ San Lawrenz (bhala mistiedna ta’ l-Ghaqda Socjali Muzikali 10 t’Awwissu) u xi ohrajn zghar, apparti s-servizzi diversi fil-festa titulari. F’ Mejju regghet saret il-"Parents’ Day" fejn gie pprezentat it-trumbunista Aaron Zahra.

Din is-sena giet innutata qabza konsiderevoli fin-numru ta’ allievi godda u fix-xiri ta’ strumenti. Dan kollu juri l-impenn kontinwu ta’ l-Ghaqda Muzikali San Guzepp ghar-rigward tat-tkabbir u t-tkattir tal-kultura muzikali f’ pajjizna.

2002

B’ dispjacir kbir, il-festa titulari ghal din is-sena thassret. Giet posposta fis-sena li s-Socjeta’ ghaziza taghna ghalqet 15-il sena mit-twaqqif taghha bhala ghaqda muzikali u bhala L-EWWEL BANDA FIL-KALKARA.

Ghaldaqstant, il-Kumitat ha d-decizjoni li jiccelebra biss il-15-il anniversarju mit-twaqqif tal-Banda. Gie mfassal programm t’ attivitajiet mifruxin matul it-13 u l-21 ta’ Lulju, li fihom il-banda kellha erba’ servizzi: l-Erbgha 17 ta’ Lulju bil-marc u programm strumentali fix-xatt, il-Hamis bil-marc f’ Santu Rokku, is-Sibt bil-marc brijuz bl-istatwa ta’ Malta Rebbieha u l-Hadd bil-wisq popolari marc ta’ filghodu.

Madankollu il-qofol intlahaq fl-ewwel servizz, nhar is-17 ta’ Lulju. Fit-8:30pm., wara marc qasir fil-pjazza, il-Banda San Guzepp hadet postha fuq il-plancier, fejn taht id-direzzjoni ta’ Mro. J.J.Pace u Mro. J.Abela gew esegwiti dawn is-siltiet:
"Conquest of Paradise" ta’ Vangelis;
"Paradise of the Charioteers" ta’ Rospa;
"Take My Breath Away" ta’ Whitlock;
"Memories of Cole Porter" ta’ Porter;
"Chit Chat Polka" ta’ Strauss;
"Chariots of Fire" ta’ Vangelis;
"One Moment in Time" ta’ Houston;
"I Will Follow Him" ta’ Stole;
"Free World Fantasy" ta’ Dehann;
l-"Innu Marc Banda San Guzepp" ta’ Pace
u l-"Innu Nazzjonali" ta’ Sammut.
Il-programm intlaqa’ tajjeb ferm u fit-tmiem tieghu inkixef il-frontispizju meravilja fil-faccata tal-kazin, imzanzan ghal dan l-anniversarju. Attendew diversi membri parlamentari tat-tieni distrett persuni distinti, soci u membri. Barra minn dan is-servizz, il-banda taghna wettqet marc iehor fiz-Zejtun ghall-festa ta’ Santa Katerina. Fl-10 ta’ Dicembru daqqet mal-banda tas-Socjeta’ l-ohra f’ "massed band" fit-toroq tal-Kalkara fl-okkazjoni ta’ Jum il-Kalkara fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali Kalkara.

2003

Din kienet sena ta’ hidma ghall-Banda San Guzepp. Il-banda kellha zewg servizzi pprogettati ghal barra l-lokal. L-ewwel wiehed huwa dak gewwa r-Rabat ghall-okkazjoni tal-festa titulari f’ gieh San Guzepp li ssir hemmhekk, u li thassret habba l-maltemp, kif ukoll marc ta’ l-ewwel tridu gewwa l-Gharghur fl-okkazjoni tal-festa ta’ San Bartilmew. Dan ta’ l-ahhar gie esegwit b’ success.

L-allievi zdiedu u ghalhekk il-Kumitat investa f’ iktar strumenti ghad-dispozizzjoni taghhom. F’ Mejju saret il-Parents’ Day fejn fiha tqassmu trofej lill-ahjar tliet allievi tas-sena. Intant, il-Banda San Guzepp ghamlet is-soliti servizzi taghha fil-festa titulari tal-Kalkara li saru bejn it-Tnejn,7 u l-Hadd, 13 ta’ Lulju, 2003.

Ma nistghux ma nsemmux il-bidla fl-amministrazzjoni tal-Banda li sehhet fl-2003, fejn giet fi tmiemha il-kariga li Mro. J.J.Pace, surmast-fundatur tal-Banda San Guzepp wettaq b’ impenn tul il-hmistax-il sena tal-hajja taghha. L-irwol tieghu ghadda f’ idejn l-ex-Assistent Surmast Mro. Jonathan Abela, persuna abbli u potenzjalment lesta sabiex tkompli tgholli l-isem tal-banda kif ukoll izzomm l-istima li tgawdi mal-poplu Kalkariz.

Fis-Sena 2003 hargu zewg bandisti godda: is-Sur Manuel Navarro fuq il-batterija u Roderick Mallia fuq is-saksafon tenur. Naturalment, fir-rigward ta’ servizzi li l-banda taghna taghti, dawn baqghu jsiru. Il-marc ta’ lejlet il-Milied thassar minhabba x-xita. Minflok, il-banda zghira ffurmata mill-bandisti tal-post u ohrajn barranin daqqet fil-Knisja. Wara li hadet sehem fl-attivita’ li giet organizzata malajr mill-ghaqda tal-muzew, il-banda taghna wkoll akkumpanjat fil-quddies tas-sitta u nofs b’ innijiet tal-Milied.