INNU TA' L-ERBGHAT

Mro. DUN KARM SCERRI


O Guzeppi kull gieh iroddulek,
Il-qtajjiet illi jghammru s-smewwiet;
Kull tifhir itennulek l-insara,
Fil-kant taghhom fl-irhula, fl-ibliet.
Kollok merti nghaqadt ma’ Marija,
B’rabta safja, qaddisa, fis-skiet.


U mistaghgeb li l-Vergni qaddisa
Kienet sejra ssir omm bla dewmien
Int thassibt u garrabt dieqa kbira;
Izda l-anglu habbarlek fiz-zmien,
Illi l-Wild kien imnissel minn Alla
U fil-hin sibt il-ferh u s-serhien.


Int haddant l-iben t’Alla tarbija
U wennistu fil-harba, fit-triq
Gol-Egittu, fil-boghod, int hadt hsiebu;
Meta ntilef, fittixtu mixtieq.
U kif sibtu fit-tempju jithaddet,
F’qalbek thallat il-hen’ u d-dieq.


Wara l-mewt, l-erwieh twajba jircievu
Dik il-palma tal-glorja bla tmiem.
Ixxurtjat aktar minnhom Guzeppi
Ghax ghalkemm ghext fuq l-art ta’ haddiem,
Kont qed tgawdi l’ Mulej minn did-dinja,
B’xorti kbira, wahdiena, fis-sliem.


Trinita’, isma t-talb li naghmlulek,
F’gieh l-Imqaddes Guzeppi hekk kbir
Int wassalna fil-hena tas-sema
Ha nqimuk ghalenin bla tahsir.
U nkantawlek, bil-herqa, ghal dejjem
Innu sbejjah, ta’ hajr, ta’ tifhir.

Versi: Bro. Henry, FSC
Muzika: Mro. Dun Karm Scerri