GIEH LILL-KALKARA

Mro. ARCHIBALD MIZZI

Ghad li ckejken fid-daqs dan ir-rahal
Bi grajjietu jhabbatha mal-kbar.
Minn zmien bikri sehem kellu fl-Assedju;
Fiz-zewg gwerer sfiq garrab imrar.

U mal-mixja ta’ l-izmna, inbidel,
Ghebu l-griehi tal-gwerer, sar gmiel,
Bi djar godda, b’wesghat kollhom hdura,
Gonna jwarrdu u toroq bla xkiel.

Ferm kburin b’tifkirietu u grajjietu,
Inweghduh imhabbitna sat-tmiem
U ‘l Guzeppi, Missierna fis-sema
Nitolbuh fuqu jkattar is-sliem.

Tul is-snin, ghadd ta’ wlied il-Kalkara
Nies qalbiena, ta’ gherf u ta’ gieh,
Hadmu b’qalbhom ghall-gid ta’ dar-rahal,
Riduh fl-gholi, jintrefa’ mill-qiegh.

Nissoktaw, ghalenija b’hidmietna
Mal-mexxejja tar-rahal ghaqlin,
Biex jitwettaq l-ahjar ghall-Kalkara
Li biss fl-ghaqda nisiltu frott bnin.

Ferm kburin b’tifkirietu w grajjietu,
Inweghduh imhabbitna sat-tmiem
U ‘l Guzeppi, Missierna fis-sema
Nitolbuh fuqu jkattar is-sliem.

Versi: Kav. Gorg Bianchi
Muzika: Mro. Archibald Mizzi