INNU MARC LILL-PATRIJARKA SAN GUZEPP
Mro. ARCHIBALD MIZZI
F’din is-siegha madwarek migbura,
Missier taghna, setghan u hanin;
Ahna wliedek maghquda fl-imhabba
Inhossuna ferhana u kburin.
Fiha seher dir-rabta bejnietna
Li tlaqqaghna flimkien f’dawn il-jiem,
Djarna nhallu biex festa naghmlulek
Ha nroddulek kull hajr u kull sliem.
Infahhruk, Guzeppi Mqaddes
Patrun taghna wisq ghaziz,
Beltna bik thossha kburija,
Issejjahlek "Kbir Qaddis"!
Il-Mulej libbsek b’qawwa li tghaggeb,
Fdalek ‘l ibnu u ‘l ommu f’idejk,
Riedek tmexxi lill-Knisja tissielet
Biex rebbieha twassalha sa hdejk.
Lilna dejem habbejtna, haristna;
Fit-tigrib sibnik maghna hanin.
Dhalt ghalina f’tal-hajja t-taqbida
Dan jixhduh il-grajjiet tul is-snin.
Infahhruk, Guzeppi Mqaddes
Patrun taghna wisq ghaziz,
Beltna bik thossha kburija,
Issejjahlek "Kbir Qaddis"!
Illum qalbna titkebbes bhal forga
B’nar l-imhabba li ghandna ghalik,
Illum tixghel f’ghajnejna xbihatek
Li tqawwina bit-tama biss fik.
U fil-fawra ta’ hena ninsgulek
Ghana hlejju ta’ hajr u ta’ gieh
Maghna l-angli fuq l-arpi jissiehbu
Art u sema t-tifhir ikun shih.
Infahhruk, Guzeppi Mqaddes
Patrun taghna wisq ghaziz,
Beltna bik thossha kburija,
Issejjahlek "Kbir Qaddis"!
Versi: Dun Pawl Genovese
Muzika: Mro. Archibald Mizzi