INNU POPOLARI LIL SAN GUZEPP

Mro. LORENZO GALEA


F’dan il-jum ghaziz ghal qalbek
Hdejk Guzeppi ferhanin
Isellmulek bl-akbar qima
L-ulied tieghek mahbubin


Ward mill-isbah inxerrdulek
Kull fejn tghaddi, o Mahbub
Biex nuruk li inti ssaltan
Tibqa dejjem f’dawn il-qlub.


O Guzeppi, xerred fuqna
l-isbah grazzji u barkiet
Int Missierna, l-id hanina
Li tharisna mis-smewwiet.



Xi qdusija, f’dik il-gabra
Ma’ Marija, ma’ Gesu
Liema mhabba, liema hegga,
Xi sbuhija ta’ virtu.


Lilna wkoll, Guzeppi Mqaddes
Zommna mieghek imhaddnin
Idhol maghna fil-familji
Kemm jekk ghonja kemm fqajrin.


O Guzeppi, xerred fuqna
l-isbah grazzji u barkiet
Int Missierna, l-id hanina
Li tharisna mis-smewwiet.



O Missier il-Knisja Mqaddsa
Hares dejjem lill-ulied
Biex minn hdanha qatt jintilfu
Qalb il-qerq u d-dlamijiet


Bhalma int harist bil-qawwa
Lil Gesu minn kull tigrib
Kun ghall-Knisja sejf u tarka
Fit-taqbida dejjem qrib.


O Guzeppi, xerred fuqna
l-isbah grazzji u barkiet
Int Missierna, l-id hanina
Li tharisna mis-smewwiet.


Versi: Dun Frans Camilleri
Muzika: Mro. Lorenzo Galea