GUST, RAGEL MINN ALLA MSEJJAH
Mro. Jonathan Abela A.Mus. L.C.M.
Is-sliem mieghek dejjem zaghzugh sbejjah
Ta’ nisel is-slaten ghalkemm fqir
Issejjah il-kotra dlonk ta’ l-angli fis-smewwiet
Sabiex maghhom, l’ ismek naghtuh tifhir.
Lit-tfajla Marija, kemm habbejtha
Sa warrad il-gilju tal-maghzul
Ghozzejtha sa gufha pur, sew tkennen mill-Fuqan
Ferh u niket f’jiemek garrabt fit-tul.
Gust ragel minn Alla msejjah,
Biex floku tkun Missier
Ghal ibnu, f’dinja mxennqa ghat-twelid
Tal-Messija tal-Patt il-Gdid.
Int biss il-mahtur mill-irgiel kollha
Biex thares u trabbi lill-Feddej,
U gholla l-Missier, il-gieh ta’ hajtek fuq din l-art
Ghal amarek, rasu miel il-Mulej.
Int hdimt u ghallimt fis-skiet ta’ darek
Tajt hajtek lil martek, binha wkoll
Ma sidrek imqaddes strah, u raqad Alla stess
B’qalbek tfur, b’imhabba li taf tholl.
Gust ragel minn Alla msejjah,
Biex floku tkun Missier
Ghal ibnu, f’dinja mxennqa ghat-twelid
Tal-Messija tal-Patt il-Gdid.
Tal-midinbin wennies, ilqugh
Harries ta’ l-Omm t’Alla, tal-haddiem.
Ferh ta’ ruhna, Sultan tal-Qaddisin.
Gust ragel minn Alla msejjah,
Biex floku tkun Missier
Ghal ibnu, f’dinja mxennqa ghat-twelid
Tal-Messija tal-Patt il-Gdid.
Mas-swar tal-genna tella’
Wassal ghand Alla il-Kbir
L’ uliedek imgarrbin
Lilna lkoll imtaqqlin
Ta’ l-imwarrbin kennien, tal-farag kliem
Tkun ghalina, ghatina s-sliem!
Versi: Raymond Mahoney
Muzika: Mro. Jonathan Abela A.Mus. L.C.M.
Arrangament muzikali: Mro. Joe Brown