Sezzjoni Armar

Il-Grupp ta’ l-Armar hu inkarigat mill-Kumitat biex jiehu hsieb l-amministrazzjoni ta’ l-imhazen "19 ta’ Marzu" u "2 Hadd ta’ Lulju" kif ukoll ghall-armar tat-toroq tal-Kalkara ghall-okkazjoni tal-festa solenni ta’ San Guzepp.

Il-Grupp jiehu hsieb ukoll jorganizza attivitajiet ta’ fund raising biex bihom ikun jista’ jaghmel manutenzjoni fuq l-armar prezenti kif ukoll jinvesti f’armar gdid u preparamenti ghal okkazjonijiet importanti.

Wara li fis-sena 2007 gie rinovat il-Mahzen 19 ta' Marzu flimkien ma' hafna armar gdid, din is-sena qed isir xoghol fil-Mahzen ta' hdejn il-Knisja. Hu ppjanat li l-ftuh mill-gdid isir f'gurnata qrib l-Ewwel Erbgha ta' San Guzepp. Dwar dan ninfurmawkom iktar 'il quddiem.

L-Arma tal-Grupp ta' l-Armar
L-Arma tal-Grupp ta' l-Armar, disinn tas-Sur Albert Borda.