Sezzjoni Banda
Il-Grupp tal-Banda hu nkarigat mill-Kumitat Centrali biex jiehu hsieb it-taghlim tal-banda u l-organizzazzjoni
tal-Banda San Guzepp fis-servizzi li jkollha. Ghaldaqstant tul is-sena ssir preparazzjoni kbira biex
nassiguraw prestazzjoni tajba u livelli muzikali gholjin tul l-esekuzzjonijiet tal-marci.
Tul din is-sena l-Grupp hadem bis-shih biex 3 allievi tas-Socjeta’ johorgu jdoqqu mal-banda taghna ghall-ewwel
darba. Dan se jaghmel unur lis-Socjeta’ taghna fejn ghal darb’ohra qed nilhqu l-ghanjiet principali taghna u
nkomplu bil-fatti it-tkattir ta’ l-arti muzikali fil-Kalkara. Ta’ dan nirringrazzjaw lill-allievi u
nfahhruhom bil-kbir ghall-progress li ghamlu u d-dedikazzjoni li wrew.
Diversi benefatturi u attivisti tas-Socjeta’ jirregalaw diversi marci brijuzi godda lis-Socjeta’.
Ghaldaqstant, bhal ma sar fi snin ohra, din is-sena se jsir librett ta’ marci gdid, li jinkludi fih ghazla ta’
marci godda, innijiet, u selezzjoni sabiha ta’ marci antiki.
Servizz mistenni tal-Banda San Guzepp se jkun nhar il-festa solenni ta’ San Guzepp. L-ewwel banda tal-Kalkara
se tkun l-ewwel wahda fir-rahal li takkumpanja l-istatwa titulari waqt il-hrug u d-dhul taghha fil-purcissjoni.
Dan se jsir waqt programm apposta ta’ l-okkazjoni.
Il-Grupp tal-Banda ghandu sehem importanti x’jaghti lis-socjeta’, ghalhekk jirringrazzja lil kulhadd ta’
l-ghajnuna u s-sapport li jircievi.