Sezzjoni Nisa
Membri: Rita Mallia, Silvana Vella, Jacqueline Zammit, Claire Grech.
Sa mit-twaqqif tas-socjeta’ in-nisa Guzeppini Kalkarizi hadmu minn qalbhom sabiex jaghtu palata lis-Socjeta’
f’ghajnuna finanzarja permezz ta’ organizzazzjoni ta’ attivitajiet u gbir ta’ fondi ghall-kazin.
Tul is-snin kienu hafna dawk in-nisa li ghamlu xoghol imsemmi hafna ghas-socjeta, fosthom il-hjata ta’ l-armar
tal-festa. L-organizzazzjoni tat-tombla kienet ukoll attivita kbira u mistennija kif ghadha sal-lum, fejn barra
milli sservi ta’dhul finanzjarju sservi wkoll ta’ rikreazzjoni ghal dawk li jinzlu x-xatt tal-Kalkara, b’mod specjali
fis-Sajf.
Il-Grupp jorganizza diversi hargiet ghan-nisa. Jigu organizzati wkoll high-teas, tombli u ikliet f’okkazjonijiet
specjali, bhal fil-Milied, fl-Ghid, u f’ Jum l-Omm b’mod partikolari.
Il-Grupp jilqa kull ghajnuna minghand in-nisa Guzeppini bl-ghan li l-festa u l-kazin ikomplu jissahhu iktar milli
huma. Ghalhekk intennu grazzi kbira lil dawk li ghandhom is-socjeta’ f’qalbhom u jersqu biex joffru d-daqqa t’id
imprezzabli taghhom bil-qalb.