Sotto-Kumitat Santu Rokku

Koordinatur: Brian Grech
Assistent Koordinatur: Jonathan Abela
Membri: Charlton Caruana, Charlie Mifsud, Norbert Grech, Gino Haidon.

Is-Sotto-Kumitat twaqqaf fis-sena 1996 bl-ghan li jiehu hsieb parti residenzjali fit-tarf tal-limiti tal-Kalkara, sewwasew lejn in-nahat tal-Kunvent tal-Kapuccini. Mill-ewwel granet il-membri hadmu b’qalbhom sabiex is-Socjeta’ setghet turi bil-fatti il-kredibbilta’ taghha mar-residenti fejn kienet hi li mhux biss hadet hsieb tigbor il-fondi necessarji ghall-ispiza tal-banda, izda wkoll tarma t-toroq b’armar gdid, iggib il-banda ddoqq u tferrah lil dawk kollha li jattendu.

Avveniment li s-Sotto-Kumitat jibqa jiftakar kien meta fl-2001 ingiebet statwa gdida ta’ San Guzepp xoghol Mario u Gino Vassallo, kif fl-2005 meta giet inawgurata l-kolonna monumentali ghal din l-istatwa, xoghol Brian Grech fuq disinn ta’ Silvio Pace.

Izzanzan hafna armar, inharaq hafna nar, indaqqu hafna marci, ingabru hafna flus u b’hekk giet assigurata l-festa f’dawn l-inhawi. L-Ghaqda Muzikali San Guzepp tiddedika it-tieni jum tal-festa titulari lil din il-parti tal-Kalkara, bis-sehem tal-Banda San Guzepp u l-briju tal-partitarji Guzeppini. Ma jonqosx ix-xoghol gdid li jizzanzan fejn din is-sena se nkomplu nzidu mal-kullana ta’ rigali ta’ armar li nghataw lill-poplu Kalkariz.