Il-Kalkara |
|
|
F’wahda mid-dahliet tal-Port il-Kbir, daqs 5 mili u nofs (10.5km) boghod mill-Belt, insibu l-Kalkara, subborg ckejken li kien maghruf ghas-sajjieda u l-barklori.Ghad illi zghir, b’ danakollu huwa sabih, l-iktar ix-xatt tieghu meta jkun mimli bl-opri (id-dghajjes hekk isejhulhom is-sajjieda) u fis-sajf dak l-ilma bahar kien jitla’ jitkaxkar ghal xejn ghal xejn max-xatt, imbaghad il-Gvern kien irrangah u bena moll sabih u ghammru bil-bankijiet biex wiehed ikun jista’ jistrieh ghaz-ziffa tal-bahar. Illum il-Kalkara m’ghadhiex aktar lok tal-villeggatura bhalma kienet zmien ilu, izda mxiet tajjeb mal-progress ta’ zmienna. Fiha tela’ bosta bini sabih u nqerdu bosta ghorof. Saru skejjel godda u n-nies qed tiehu interess mhux ftit fit-taghlim modern. Fil-gwerra garrbet hsarat kbar minhabba l-qaghda taghha fil-Port il-Kbri, u bosta minn uliedha mietu, imma l-ispirtu tal-Kalkarizi baqa’ hemm ghaliex wara regghu bnewha u sebbhuha mill-gdid fuq linji godda. Il-popolazzjoni ta’ dan is-subborg mhix kbira wisq, bhalma kienet minn dejjem. Ftit qabel ma halliet mill-matrici taghha, jigifieri fl-1870, kien hemm mal-100 dar u kienu jghixu fihom xi 550 ruh. Fl-1890 lahhaq il-150 dar u d-900 ruh. Kemm halla nies meta nfired mill-matrici taghha mhux maghruf. |
![]() |
|
Sa mill-1090, meta l-knisja ta’ San Lawrenz tal-Birgu saret Parrocca, il-Kalkara waqghet taht il-gurisdizzjoni taghha u ma nhallitx qabel l-1898 meta l-knisja taghha ta’ San Guzepp saret parrocca, bit-tgawdija ta’ l-istess drittijiet li kellhom parrocci ohra. Bhala rahal marittimu, il-Kalkara huwa qadim bosta. Imkenni mis-swar setghana tal-Birgu u mistur mill-qilla ta’ l-elementi, in-nies bdiet tibni fih; l-iktar li tmiss mieghu kien hemm it-tieni belt ta’ Malta Fl-1790 hu maghruf li bdew jinbnew xi kmamar u djar, u b’ hekk nistghu nghidu li dawn kienu l-bidu ta’ dan ir-rahal sabih. Kienet tissemma fil-Kalkara r-Ramla ta’ Wied Ghammieq, li hi dahla fejn jispicca l-wied. Din ir-ramla, jghidu x’uhud, kienet imdawra kollha sigar, sabiha wisq. Id-disa’ peninsula ta’ Malta hija dik l-art li minn banda wahda ghandha l-bahar tar-Rinella u mill-ohra tal-Matrazzari, li llum insibuha bhala ta’ Rikazli. Dan l-ilsien mahrug sa nofs il-port fih 800 jarda u 300 ohra wisgha. Il-ponta ta’din il-peninsula kienu jsejhulha l-"Ponta Rqiqa" jew "ta’ l-Ors" kif ghad nitkellmu fuqha iktar ‘il quddiem. L-ewwel dahla li niltaqghu maghha fil-port hija dik tar-Rinella. Din hija kalanka b’bokka ta’ 220 jarda gewwa l-art, fuq tul ta’ 400 taht baxx-fond ta’ 3 iqjiem. Il-kalanka tar-Rinella hija tajba wisq ghall-ghawm u n-nies tat-Tlitt Ibliet ma jonqsux li jaghmlu fiha ors shih fis-sajf. It-tieni dahla hi dik imsejha "tal-Kalkara" ghalkemm fiz-zmien x’ uhud kienu jsejhulha "Il-Port ta’ l-Inglizi" (S. Lane-Poole) "The Barbary Corsairs", mappa ta’ Malta fl-Assedju ta’ l-1565, bejn p.150 u 155). Din id-dahla, fil-Grigal, il-bastimenti jridu jkunu rmiggjati tajjeb hafna ghax jahkem bil-bosta. Il-bokka taghha tibda minn 330 jarda u tibqa’ sejra ghal gewwa b’700 tul.Taghti baxx-fond minn 13-il qama ‘l isfel. Wara dawn insibu l-promontorju ta’ Bighi. Din taghti minn 440 jarda wisgha fuq tul ta’ 600.Fl-24 ta’ Lulju ta’ l-1894, fit-8 ta’ filghodu, fejn l-Isptar, habta u sabta waqghet blata kbira ghal gol-bahar ghan-naha tal-Kalkara u ghamlet bhal terremot u qanqlet il-bahar kollu.
Kitba ta' Alfie Guillamier |
|
