Il-Kunvent tal-Kappuccini

L-art ghat-tlugh tal-kunvent kienet tissejjah "ta’ l-Ghasli" u giet moghtija minn Guzeppi Valerju Abela li, imwissi b’ ghageb fil-holm miz-zewg Patrijiet ta’ l-istess Ordni, zijietu mejtin, biex jiftah idejh mal-patrijiet ghall-bini tal-kunvent il-gdid, bil-qalb kollha tahom art bizzejjed ghat-twaqqif tal-knisja u l-kunvent.

Fis-26 ta’ April, 1736, saret ic-cerimonja ta’l-inawgurazzjoni. Il-Kappillan tal-Birgu, Dun Gann Pawl Pace, telaq purcissjonalent mill-knisja tal-Lunzjata bl-istandard tas-Salib, warajhom l-Inkwizitur Mons. Dorini u nies ohra maghrufa.

Fejn kellu jinbena, gie mqieghed is-salib, u Patri Guzepp Grech, ewlieni ta’ dan il-kunvent, niseg kelmtejn ghall-okkazjoni.

Fit-18 ta’ Gunju ta’ wara, Mons. Isqof Alferan qieghed l-ewwel gebla. Gew imqieghda taht is-sisien xi flus tad-deheb, medalji bix-xbihat ta’ Santa Barbara u ta’ San Frangisk flimkien ma’ l-armi tal-Gran Mastru Manoel u kitba bil-latin.

Fit-30 ta’ Dicembru ta’ l-istess sena, dan il-kunvent gie maghruf bhala ospizju residenzjali. Fit-28 t’ April, 1737, ingieb processjonalment is-Santissimu Sagrament b’ solennita` mill-kleru u l-ghaqdiet ta’ San Lawrenz (il-Birgu) u mqieghed f’ kappella zghira, maghmula provizorjament.

Knisja tal-Kapuccini


Fit-31 ta’ Lulju, 1743, il-bini wasal fit-tmiem, u fit-2 ta’ Awwissu ta’ l-istess sena, giet solennement imbierka mill-Prefett, Patri Guzepp. Il-kunvent u l-knisja gew imwaqqfa fuq disinn ta’ Fra Guzepp, ajk Kapuccin, bil-gbir. Il-balliju Solaro ta s-somma sabiha ta’ 3,200 skud u maghhom inghaqad il-Gran Mastru De Vilhena.

Il-Knisja


Il-knisja hi ta’ ftit kobor. L-arkitettura ta’ l-artal maggur u tal-prospett tieghu sar fuq disinn ta’ Frangisk Carapecchia, inginier Fjorentin, u sar bi flus il-Gran Prijur tal-Germanja, Fra Filippu Nesselrode.

Il-Knisja fiha sitt kappelli, tlieta fuq kull naha. Giet solennement ikkonsagrata minn Mons. Isqof Pawlu Alferan de Bussan fit-18 ta’ Gunju, 1747.

F’ din il-knisja jinsab meqjum il-fdal qaddis ta’ Santa Liberata Martri, moghti mill-Papa Benedettu XIV lil Patri Felice ta’ Malta u lil F. Negroponte, sekular Malti. Din il-qaddisa ngiebet solennement fis-17 ta’ Settembru, 1952.

Il-kwadru ewlieni juri l-martirju ta’ Santa Liberata, impingi f’ Ruma fl-1739 mill-Kav. Pittur Agostinu Masucci. Sewa 100 zekkin u sar bi flus l-imsemmi Gran Prijur. Hemm kwadri ohra li jisthoqqilhom xi meritu. Fost il-kwadri sbieh jidhru dawk ta’ Santa Filomena, xoghol ta’ Guzeppi Hyzler, u zewg kwadri ta’ San Frangisk t’ Assisi u Santa Duminka, xoghol Anton Falzon, maghmula fl-1862. L-istatwa ta’ San Gwann l-Evangelista hadimha Karlu Darmanin. Antonju Zammit pinga r-ritratti tal-General tal-Kapuccini, ta’ zewg provincjali, ta’ zewg gwardjani u ta’ Patri Qaddis.

Fil-kunvent hemm ir-ritratti tal-Gran Mastru Manoel, tal-Balliju Solaro u ta’ Guzeppi Abela, benefatturi maghrufa ta’ dan il-kunvent.

Sa l-1935 dan il-kunvent gabar fih in-Novizzjat tal-Provincja. Fl-1937 giet imtallgha mill-pedament Skola Serafika ghall-imhajrin li jidhlu fl-Ordni, imqieghda hdejn l-istess kunvent.

L-arlogg sar mill-gbir, xoghol Sapiano. Sar fl-1873 u sewa £ 27.


Kitba ta' Alfie Guillamier