Il-Knisja Parrokkjali ddedikata lil SAN GUZEPP

F’ cerimonja nhar il-Hadd, 13 ta’ Ottubru, 1946, wara nofs in-nhar, l-Eccellenza Tieghu l-Arcisqof Mikiel Gonzi, li ghadda z-zmien tat-tfulija tieghu f’ dan is-subborg, qieghed l-ewwel gebla tal-knisja parrokkjali l-gdida, dedikata lil San Guzepp. Din il-knisja twaqqfet wara li l-knisja l-qadima sfat imgarrfa b’ hidma ta’ l-ghadu fil-hbit ta’ l-1942.

L-Eccellenza Tieghu wasal fil-mina tal-Kalkara fl-3.45p.m. fejn gie milqugh mill-Kappillan, ir-Rev. Dun Karm Xuereb, u minn taqsima kbira tal-popolazzjoni tal-Kalkara.

Imbaghad ghadd ta’ nies gibdu l-karozza ta’ l-Eccellenza Tieghu b’ zewgt ihbula, wiehed isfar u l-iehor abjad, sal-knisja temporanja li kellhom.

Fil-qalba tal-post, fejn kellha tittella’ l-knisja l-gdida, kien hemm gebla kbira li fuqha kien hemm wieqaf salib b’ tahtu l-immagini ta’ San Guzepp, titular tal-knisja parrokkjali. Hawnhekk kellu jitwaqqaf l-artal maggur.

Knisja Parrokjali


Wara c-cerimonja helwa tat-tberik ta’ din il-gebla u t-tqeghid taghha fil-post mill-Arcisqof, tkanta l-"Veni Creator" u mbaghad l-Eccellenza Tieghu ghamel kelmtejn lill-gemgha fejn qal li fl-ahhar giet imwettqa x-xewqa kbira tieghu u tal-poplu Kalkariz billi fl-ahhar beda l-bini tal-knisja parrokkjali li kellha titwaqqaf wara dik il-wahda li lanqas 50 sena ma kienet ilha mwaqqfa.

Wara l-indirizz l-Eccellenza Tieghu ta’ l-barka pastorali.

Fost dawk li kien hemm prezenti ghac-cerimonja kien hemm il-President Sir George Borg u Lady Borg, Commodore Orr-Ewing, Superintendent H.M. D’Yard, u Dr. Lewis Galea, l-Attorney General.

Ghaxar snin wara li l-knisja taghhom sfat meqruda ghal kollox bil-bombi ta’ l-ghadu, in-nies tal-Kalkara raw lill-E.T. l-Arcisqof Metropolita jbirkilhom il-knisja l-gdida.

Matul l-ghaxar snin mindu waqghet il-knisja l-qadima ‘l hawn, in-nies tal-Kalkara kienu qeghdin jisimghu l-quddies f’ mahzen qadim vojt, fi triq dejqa, qabel ma taqbad Triq Rinella.

Din il-knisja provizorja, is-sena ta’ qabel (1951), sfat imgharrqa bl-ilma tax-xita qalila li kienet ghamlet u saret hafna hsara lil bosta oggetti.

Ix-xoghol kien taht idejn il-Periti Bonello, Damato u Xuereb.

Ic-cerimonja ta’ nhar il-Hadd 7 ta’ Settembru, 1952, bdiet fis-6.30a.m. bil-wasla ta’ l-Arcisqof Gonzi, li gie milqugh minn Mons. Chigo u Mons. Muscat flimkien mal-Kappillan tal-Parrocca. Minn hemm telqet purcissjoni ghall-knisja l-gdida fejn waqfet quddiem il-bieb u l-Arcisqof bierek il-faccata u l-hitan ta’ barra. Imbaghad dahlu fil-knisja u l-Arcisqof berikha minn gewwa. Wara t-tberik, l-Arcisqof qaddes fiha ghall-ewwel darba.

L-istatwa ta’ San Guzepp (il-qadima) hadimha Wistin Camilleri, minn Ghawdex. Din li ghandhom il-lum saret f’ Bolzano. Il-koppla saret wara hafna u fit-30 ta’ Gunju, 1962 berikha l-Arcisqof Gonzi u damet tinbena 9 xhur.


Kitba ta' Alfie Guillamier