Il-Parrocca l-Qadima ddedikata lil SAN GUZEPP

Sa mill-1090 il-Parrocca tal-Kalkara kienet taghmel mal-matrici tal-Birgu.

Izda malli l-poplu beda jikber u jitferrex ‘l hawn u ‘l hinn f’ nahiet imbieghda, beda jaraha bi tqila sabiex imur jaqdi dmirijietu fil-Birgu billi l-knisja wahdanija li kien hemm, "is-Salvatur", kienet zghira wisq.

Ghalhekk inhasset il-htiega li tinbena wahda kbira u tkun tasa’ l-poplu kollu.

L-Arkitett W. Attard (inginier ta’ l-Ammiraljat) flimkien mal-Perit Guze` D’ Amato ghamel il-pjanta u f’ Gunju ta’ l-1890 bdiet tielgha u ddedikawha lil San Guzepp.

Il-Promotur ta’ din il-knisja kien ir-Rettur Kan. Primicerju Dr. Dun Guzepp Azzopardi, li wara sar Vici-Kurat ta’ Bormla.

L-art fejn inbniet il-knisja, li kienet fi Triq Rinella, nofsha giet irregalata mill-benestant Furtunat Gulia, u n-nofs l-iehor mill-Parrocca ta’ Bormla bit-thabrik ta’ l-imsemmi Primicerju Azzopardi li hareg flus minn tieghu u ghamel tajjeb il-gid tieghu kollu ghall-bini ta’ din il-knisja.

L-ewwel flus li ngabru kien mic-Cimiterju ta’ Wied Ghammieq (£ 120) u sa zmien il-Primicerju Azzopardi iddahhlu £ 800 ohra.

Man-nies tal-Kalkara, billi poplu zghir, bilkemm kienu jdahhlu £ 550 u l-bqija mill-Bormlizi minn zewg benefatturi gwappi u minn devoti ohra.

Knisja Qadima


Sa l-1894 intefqu madwar £ 2,800 u biex jitkompla x-xoghol u titlesta l-knisja kien jehtieg jipprovdu ghall-inqas £ 500 ohra, bla ma thallas l-Arkitett W. Attard li hadem bla hlas, u bla ma thallas xi xoghol li x’ aktarx sar b’ xejn.

Din il-knisja giet imbierka solennement mill-Vigarju Dun Guzepp Mercieca, u l-Isqof Pietru Pace fil-11 ta’ Dicembru, 1898 ghamilha Parrocca.

Fit-30 ta’ Jannar, 1921, l-Isqof Caruana kkonsagraha.

Din il-knisja kienet twila 100 pied, wiesgha 67 piedi bi 32 ohra.

L-arlogg sar fl-1873 u hadmu Mikielang Sapiano mill-gbir u kien jahdem b’erba’ kwadranti.

Din il-knisja waqghet bil-bombi fl-10 ta’ April, 1942.

Il-kwadru ewlieni li juri ‘l San Guzepp pingih Guzeppi Cali. Illum dan jinsab fil-knisja l-gdida.


Kitba ta' Alfie Guillamier