Is-Salvatur |
|
|
Fuq il-gholja li ga` tkellimna fuqha, bejn id-dahliet ta’ Rinella u l-ohra tal-Kalkara, tidher knisja dedikata lis-Salvatur. Qabilha kien hemm ohra li nbniet qabel l-Asedju u saritilha bosta hsara mill-balal tat-Torok fl-1565. Wara dan l-Assedju l-Kbir, il-Gran Mastru La Vallette gieghel li tissewwa tajjeb. Izda l-knisja bniha mill-gdid bi flusu l-Kavallier Prijur Gwanni Bighi meta gie biex jibni l-Villa tieghu. Bniha fl-1650 fuq disinn ta’ l-Arkitett Lorenzo Gafa` u berikha l-Vigarju Generali, il-Kanonku Fumucelli, fit-2 ta’ Mejju, 1651. Il-Kavallier Bighi miet fl-24 ta’ Gunju, 1676, fl-eta` ta’ 63 sena, bil-pesta u difnuh fiha, fejn b’ tifkira jidher bust tieghu fil-hajt ta’ gewwa l-knisja. F’ din il-knisja, li fiha artal wiehed, insibu l-kwadri; it-titular u iehor zghir ta’ Santa Filomena, li huma xoghol Masu Madiona, u ma’ dawn insibu iehor, il-Krucifissjoni. L-Ammiraljat talab bosta drabi ohra biex jiehu lil din il-knisja biex isservi ghall-morda Nsara, u jibni ohra flokha, akbar u fejn jixtieq il-poplu, izda, billi l-knisja hi beneficjali u billi l-Prokuratur taghha kien certu Kanonku Dun G. Debono, zamm sod, u minn dan ma sar xejn u flok dik il-knisja nbniet il-fabbrika tal-Gass. |
|
|
Kitba ta' Alfie Guillamier |
|