San Nikola Isqof
Din il-Knisja, li qieghda fil-Forti Rikazli, giet mibnija fl-1670, bi flus il-Kommendatur Giovanni Frangisku Ricasoli flimkien ma’ l-imsemmi forti.
Giet imqieghda taht dan it-titlu (San Nikola) bhala gieh lill-Gran Mastru Cottoner, li sejjah fil-Kunsill l-imsemmi Kommendatur, irringrazzjah f’ isem l-Ordni tal-generozita` tieghu u amar li l-forti jigi msemmi ghalih u qeghidlu fuqu l-arma u kitba biex tibqa’ miftakra ghal dejjem.
L-Isqof Gori Mancini, meta jitkellem fuq il-knisja, ighid: "Fondazione fu quella della cappella nel forte Ricasoli, per la quale fu commesso l’Indulto sotto il di 29 Settembre 1690, fabbricata espressamente di nuovo per il presidio di quel Forte."
Il-Knisja ta’ San Nikola ghandha hames artali.
Fil-festa titulari (6 ta’ Dicembru) kien jiffunzjona l-Kleru tal-Matrici tal-Birgu.
Il-kwadru titulari hu xoghol Mattia Preti maghmul bi flus il-Gran Mastru Cottoner.
Kitba ta' Alfie Guillamier